Aħbarijiet

Il-Wikimedjani jiddiskutu x-xogħlijiet favoriti tagħhom minn Europeana Collections

The Art Gallery of Jan Gildemeester Jansz | Lelie, Adriaan de, Rijksmuseum, Public Domain.

Hekk kif l-Europeana tiċċelebra l-għaxar anniversarju tagħha, erba' edituri tal-Wikimedia mill-kontinent kollu - mill-Armenja sa Wales - jirriflettu fuq il-ħidma ma' wħud mix-xogħlijiet tal-arti favoriti tagħhom mill-Kollezzjonijiet tal-Europeana. L-esperjenzi tagħhom jenfasizzaw l-importanza li l-wirt kulturali tagħna jsir mhux biss aċċessibbli iżda wkoll riutilizzabbli.