Aħbarijiet

Ħames modi kif tinvolvi ruħek f’Jum l-Ewropa 2021

Fireworks over the sea

Kull sena, id-9 ta' Mejju jimmarka Jum l-Ewropa u l-anniversarju tad-"Dikjarazzjoni ta' Schuman", li, fl-1950, rat il-bidu tal-proċess tal-bini tal-Unjoni Ewropea. Dan kien mument ta' bidla kbira għall-Ewropa. U llum, l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja żmien ieħor kbir ta' bidla, żmien li fih tixtieq tuża r-rikkezza u l-lezzjonijiet tal-istorja u l-wirt tagħha biex issawwar futur li jagħmel l-Ewropa aħjar għal kulħadd. Hawn hu kif tista’ tinvolvi ruħek.