Aħbarijiet

L-Ewropa fuq il-Post tax-Xogħol: l-esplorazzjoni tal-wirt industrijali u l-kondiviżjoni tal-istejjer tal-ħajja tax-xogħol

Id-dinja tax-xogħol li ngħixu fiha llum hija rikka u varjata, u tirrakkonta l-istorja tal-bidliet teknoloġiċi u soċjetali maż-żmien. Mil-lum, l-istaġun il-ġdid tal-Europeana, “Europe at Work”, iġib miegħu stejjer tal-ħajja tax-xogħol personali tagħna flimkien ma’ materjal arkivjat dwar il-wirt industrijali u relatat max-xogħol.